Avviżi tal-Parroċċa
Diċembru 2023
24/12/2023
L-EVANĠELJU
Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben. Lq 1:26-38
IL-ĦADD
Illum Lejlet il-Milied. Illejla jkollna żewġ quddisiet, fil-5:00 p.m. u fis-6:30 p.m. Fit-8:30 p.m. tibda l-funzjoni tal-Vġili tal-Milied li tinkludi għanjiet, prietka mit-tfal, purċissjoni bil-Bambin u konċelebrazzjoni solenni.
Fil-5:30 p.m. fil-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni jkun hemm quddiesa.
IT-TNEJN
Il-25 ta’ Diċembru: solennità tat-Twelid tas-Salvatur. Hemm obbligu għas-smigħ tal-quddies, il-ħin ikun bħal nhar ta’ Ħadd. L-ewwel quddiesa tibda fis-6:00 a.m.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-abbatini
u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IL-ĦADD
Il-31 ta’ Diċembru, l-aħħar jum tas-sena 2023. Filgħodu l-ħin tal-Quddies ikun bħas-soltu. Filgħaxija fil-5:00p.m ikollna quddiesa bil-kant u bl-omelija.
Fis-6:30 p.m. konċelebrazzjoni solenni. Wara t-tqarbin issir purċissjoni fil-knisja bis-Santissimu Sagrament waqt il-kant tat-Te Deum.
Nispiċċaw bil-benedizzjoni sagramentali. F’din il-quddiesa ssir ġabra speċjali b’risq id-Dar tal-Providenza. Għada, it-Tnejn, l-1 ta’ Jannar 2024, hija s-solennità ta’ Marija Omm Alla.
Hemm obbligu għas-smigħ tal-quddies. Il-ħin ikun bħal nhar ta’ Ħadd, bl-ewwel quddiesa fis-6:00 a.m.
Nitolbu għal ruħ Joseph Zammit u Carmela Busuttil, li mietu din
il-ġimgħa.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

